Lokali

Attakk anti-Semitiku minn konsulent tal-Gvern jispiċċa quddiem l-awtoritajiet f’Iżrael

Il-kummenti kontra l-Lhud li saru minn konsulent tal-Gvern Malti fuq il-paġna personali tiegħu ta’ Facebook kienu rrappurtati uffiċjalment lill-Gvern Iżraeljan.

Il-gazzetta ‘il-mument’ hija infurmata li l-Ambaxxatur Iżraeljan għal Malta Oren David informa lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Iżraeljan dwar dak li qed jitqies attakk anti-Semitiku li sar minn Charlie Azzopardi, konsulent dwar il-familja fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u kandidat Laburista fl-elezzjoni ġenerali.

Fl-attakk li għamel il-konsulent tal-Ministru Michael Farrugia qal fost l-oħrajn li l-Lhud huma l-vera terroristi u fejn ikun hemm huma dejjem jinxtered id-demm u jkun hemm il-gwerra. Flimkien mal-messaġġ, il-konsulent tal-Gvern tella’ filmat tal-qawwiet tas-sigurtà Iżraeljani jattakkaw grupp ta’ Palestinjani jwaddbu l-ġebel fl-aħħar mewġa ta’ vjolenza bejn iż-żewġ naħat.

Aqra aktar fil-gazzetta ‘il-mument’ tal-lum.