Fil-periklu tal-mewt wara li pprova jqabbad BBQ

Ritratt: Arkivji

Indjan ta’ 55 sena li kien qed jipprova jqabbad barbecue spiċċa ndarab serjament tant li jinsab fil-periklu tal-mewt.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.15 ta’ waranofsinhar fit-Tarzna bil-Pulizija ta’ Bormla li ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien sofra xi ħruq f’partijiet minn ġismu kawża ta’ nar li tela’ minn barbecue li kien qed jipprova jqabbad.

Fuq il-post issejjħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura iżda hemmek ġie ċċertifikat li kien fil-periklu tal-mewt.

Intant ġiet appuntata inkjesta Maġisterjali li qed tinvestiga l-każ bl-assistenza ta’ diversi esperti li nħatru.