Lokali

Kienu qed ibigħu oqbra llegali għal €30,000

Fiċ-Ċimiterju tal-Addolorati kien hemm kien kien qed joħloq oqbra illegali u jbiegħhom għal somma bejn €10,000 u €30,000.

Dan ġie żvelat fil-gazzetta The Malta Independent fid-dawl ta’ dak li ġie żvelat ftit tal-jiem ilu fil-Parlament mix-Shadow Minister għas-Saħħa Claudette Buttigieg.

The Malta Independent spjegat li l-prattiċi llegali fl-Addolorata jinkludu sistemi fejn numru ta’ oqbra kienu qed jinqasmu f’oqbra iżgħar, imbgħad jinbiegħu għal sommom fenomenali, saħansitra għal €30,000. Ġieli kienu jintużaw saħansitra partijiet minn xi mogħdija fiċ-ċimiterju biex ikunu jistgħu jinbnew oqbra llegali.

Fil-Parlament, ix-Shadow Minister Claudette Buttigieg kienet żvelat li fiċ-ċimiterju tal-Addolorata kienu qed isiru prattiċi xokkanti u grazzi għal hekk, l-għada tad-diskors tagħha fil-Parlament, kienet ġiet appuntata inkjesta biex tinvestiga aktar dwar dan.