Lokali

Proposti kontra l-korruzzjoni

Il-Partit Nazzjonalista hu l-Partit li qed iħares lejn il-futur tal-pajjiż; futur li jrid jinbena fuq il-valuri tas-sewwa li l-PN jemmen fihom. Isostni dan l-Viċi-Kap tal-PN għall-ħidma fil-Parlament Mario de Marco meta kien qed jindirizza l-Kunsill Ġenerali f’Għawdex.

Diskors li fih il-viċi-Kap tal-PN Mario de Marco qal li mill-Oppożizzjoni l-PN diġa juri li hu Gvern alternattiv bi proposti bħal dawk fid-dokument ta’ qabel il-baġit.

Mario de Marco qal lil-Gvern kien distruttiv dwar id-dokument tal-PN ta’ qabel il-baġit u ma wieġeb għall-ebda proposta li għamel il-PN.

Il-fatti huma, sostna Mario de Marco, li l-faqar fil-pajjiż qed jikber anki jekk l-ekonomija li ħalla gvern Nazzjonlista baqgħet sejra tajjeb.

Il-Vici-Kap Nazzjonalista sostna li mhux minnu li l-Gvern qed jimpjega biss għalliema, LSA’s u tobba mal-gvern għaliex dawn jammontaw għal inqas min-nofs ta’ dawk li l-Gvern daħħalhom mal-gvern fl-aħħar sentejn u nofs.

Il-korruzzjoni istituzzjonalizzata li daħlet il-pajjiż fl-aħħar sentejn u nofs kienet il-qofol tad-diskors tal-Viċi-Kap tal-PN għall-ħidma fil-Partit Beppe Fenech Adami li kkritika lill-Gvern fuq l-iskandlu f’identity Malta. Dawn huma skandli li qed jeffettwaw is-sigurta’ tal-pajjiż. Skandli li twettqu kemm ilhom iddaħlu jaħdmu nies viċin ferm tal-Partit Laburista.

Il-viċi-Kap Nazzjonalista qal li fl-aħħar senetjn u nofs ingħataw 14,000 permess ta’ visa b’tixħim u fil-każ tal-Libjani dawn ingħataw seba’ darbiet iktar visas milli kienu jingħataw fl-2010.

Dwar l-iskandlu tal-visa mill-konsulat Malti fl-Alġerija, Beppe Fenech Adami qal li dan hu mezz korrott kif numru kbir ta’ Alġerini jidħlu fl-Ewropa billi juża lil Malta. Din mhix biss theddida għas-sigurta ta’ Malta iżda wkoll theddida għas-sigurta tal-Unjoni Ewropea, sostna Beppe Fenech Adami.

Jeħtieg li l-Ministeru għall-affarijiet barranin jinvetsigaw din l-korruzzjoni u jistabilixi jekk għaddewx flus biex inkisbu dawn il-visas.