Numru ta’ lokalitajiet irappurtaw li kellhom qtugħ fil-provvista tal-elettriku kmieni l-Ħadd filgħodu.
Il-qtugħ fl-elettriku kien rappurtat f’Ħal Balzan, Ħal Lija, l-Iklin u anke l-Imsida. Il-qtugħ seħħ għall-ħabta tas-7.15 ta’ filgħodu.
F’risposta għal mistoqsijiet li ntbgħatu minn Netnews.com.mt, kelliem għall-Enemalta qal li l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku f’xi partijiet tal-inħawi msemmija seħħ wara xogħol ta’ switching li daħħal fis-seħħ il-proċedura awtomatika ta’ load shedding bħala miżura ta’ protezzjoni.
//= $special ?>

