Sitt persuni ġew arrestati f’Paceville matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd wara qabda ta’ droga. Huma nqabdu wara raids li saru mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.
Il-persuni huma kollha rġiel b’etajiet li jvarjaw bejn is-16 u t-30 sena u fil-pussess tagħhom kellhom sustanza li aktarx hi droga kokaina, raża u ħaxixa tal-kannabis kif ukoll pilloli tal-ecstasy.
L-irġiel, ta’ nazzjonalita’ Maltija u Somala, qed jinżammu mill-Pulizija għal aktar stħarriġ u se jkunu qed jitressqu l-Qorti akkużati b’pussess sempliċi kif ukoll pussess bl-intenzjoni ta’ traffikar.
//= $special ?>

