Internazzjonali

Tkompli l-kriżi tal-immigranti fil-Balkani

L-istati tal-Balkani jheddu li se jagħlqu l-fruntieri tagħhom.

Il-Pajjiżi Balkani li jinsabu taħt influss ta’ immigranti qalu li hemm cans jagħlqu l-fruntieri tagħhom biex ma jibqgħux jaċċettaw aktar immigranti f’pajjiżhom. Il-President tal-Islovenja lbieraħ qal li l-Unjoni Ewropea hemm bżonn tieħu azzjoni qabel ikun tard wisq. L-Organizzazjoni tal-Immigranti qalet li madwar 9,000 immigrant kuljum daħlu fil-Greċja tul l-aħħar ġimgħa u dan in-numru hemm ċans li jibqa’ jiżdied.

Il-maġġoranza tal-immigranti ġejjin mil-Lvant Nofsani, minn pajjiżi bħas-Sirja, l-Iraq u l-Afganistan, fejn bħalissa dawn in-nazzjonijiet qed jesperjenzaw ġlied intern f’bosta bnadi tal-istat tagħhom.

Il-Ġermanja tgħid bi ħsiebha tieħu madwar 800,000 immigrant li qed jfittxu ażil għal din is-sena. L-immigranti li qed ifittxu ħajja aħjar fit-tramuntana qed iwasslu għal konġestjoni fil-partijiet tan-Nofsinhar u tal-Lvant Ewropa, fejn ħafna pajjiżi qed jgħidu li m’għandhomx ir-riżorsi biex iħarsu l-wasliet ġodda u huwa għalhekk li hemm ċans li jagħlqu l-fruntieri tagħhom.

(Mappa: BBC)