Ambjent Lokali

1,000 għasfur jinżammu f’Pozzallo – kienu se jiġu traffikati lejn Malta

Il-Pulizija f’Pozzallo, fi Sqallija ftit tal-ħin ilu waqqfu vettura mgħobbija b’madwar 1,000 għasfur li kienu se jiġu traffikati bil-moħbi lejn Malta.

Il-vettura qajmet suspett bl-uffiċjali tal-Guardia di Finanza ta’ Pozzallo jispezzjonawha u jiskopru li l-vettura kienet mimlija bi sponsuni u verduni, stivati fil-gaġeġ.

Wara li saru l-kontrolli meħtieġa, dawn l-għasafar inħelsu mill-ġdid filwaqt li fis-sigħat li ġejjin mistennija proċeduri kontra numru ta’ persuni.