Minħabba l-ingredjenti li fih, il-prodott “Torta Pistacchio e Cioccolato” tal-Cameo, bin-numru tal-lot L254238 (246g), m’għandux jiġi kkunsmat minn dawk li huma allerġiċi għall-karawett.
Ħabbar dan fi stqarrija d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, bl-appell skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolamenti tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew.
Fl-istqarrija jingħad li d-Dipartiment irċieva informazzjoni bis-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf u għalhekk inħareġ dan l-appell pubbliku.
//= $special ?>

