Suldati Belġjani xejnu attakk terroristiku kontra bażi militari f’Flawinne fil-Belġju.
Jidher li sar attentat biex tinstaq karrozza lejn il-kanċell tal-bażi imma s-suldati li kienu għassa fetħu n-nar u dawk fil-karrozza ħarbu. Ir-raġel li kien fil-karrozza rnexxielu jaħrab imma kien arrestat ftit wara.
Ħadd ma ndarab fl-attakk. Sorsi qalu li l-għażla ta’ din il-bażi ma tantx kienet għaqlija peress li din hi bażi ta’ fost l-aħjar truppi li hemm fil-Belġju – it-Tieni Battaljun tal-Commandos Belġjani – li għandhom ħafna esperjenża f’zoni ta’ gwerra madwar id-dinja.
Attakk fuq bażi militari fil-Belġju
