Il-membri tal-ġudikatura għandhom jibdew jippubblikaw dikjarazzjoni tal-assi
L-Oppożizzjoni trid li tiżdied il-fiducja tan-nies fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja u fil-ġudikatura. F’lista ta’ proposti li ressqet, appellat lill-Gvern idaħħal fis-seħħ il-ftehim tal-2012 biex tiżdied l-età tal-irtirar u jkollhom pensjoni adegwata; tiżdied it-trasparenza billi jsir due diligence fuq kull min jinħatar fil-ġudikatur, u l-membri tal-ġudikatura jibdew jippubblikaw kull sena dikjarazzjoni tal-assi.
F’diskors li fih l-Oppożizzjoni kkritikat fil-Parlament lill-Gvern li mhux qiegħed jagħmel konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni fil-qasam tal-ġustizzja, ix-Shadow Minister Jason Azzopardi appella għal aktar awtonomija tal-ġudikatura fit-Tribunal tat-Talbiet Zgħar; li l-Gvern jgħid il-verità fl-istqarrijiet tiegħu meta jħabbar bidliet fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja; aktar twessigħ tal-funzjonijiet tal-Qorti tar-Reviżjoni tal-Atti Notarili; u li jitneħħa l-libell kriminali.
Meta tkellem fid-dibattitu dwar il-Baġit tal-Ministeru tal-Ġustizzja, Kunsilli Lokali u Kultura, Jason Azzopardi saħaq li mingħajr trasparenza mhux se jkun hemm iktar fiducja ta’ iktar nies fil-ġustizzja għaliex għad hemm nuqqas ta’ trasparenza u xejn konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni.
L-Oppozizzjoni ma taqbilx mal-Gvern li ma jkunx hemm il-konsultazzjoni ta’ vera ma’ kulħadd; mal-loghob bil-kliem tal-Gvern; mal-ħatriet fil-ġudikatura li ma kellhomx ikunu; li l-membri tal-ġudikatura jkunu mingħajr pensjoni adegwata; li l-Gvern jabbanduna lill-vittmi tar-reati; li tiżdied il-kompetenza tat-Tribunal tat-Talbiet Żgħar u ma tiżdidx magħha l-awtonomija ta’ min jiġġudikahom; u d-dewmien tal-kawżi.
Il-ġurijiet pendenti mill-2012 baqgħu 83
Fi tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari dwar kawżi pendenti, jirriżulta li minkejja li kien hemm tnaqqis ta’ 11% ma ngħatax rendikont ta’ xejn dwar kif sar dan. Il-ġurijiet pendenti mill-2012 baqgħu 83; 301 każ pendenti biex jibdew f’appelli civili inferjuri; 535 pendenti biex jibdew f’appelli kriminali inferjuri; u 1,038 pendenti biex jibdew fl-appelli civili superjuri.
Ikkritika wkoll li m’hemmx ippjanar fit-Tribunal għal Talbiet Żghar meta l-Gvern appunta ġudikant wieħed mit-tlieta li rtiraw fix-xahar li għadda wara t-terminu ta’ ħames snin.
Lanqas m’hemm ippjanat biex il-kawżi tal-eks-Maġistrat Peralta jkunu trattati wara li ilu li rriżenja minn Awwissu u li quddiemu kien hemm 272 kumpilazzjoni pendenti u 38 inkjesta pendenti.
Esperti tal-Qorti mhux imħallsa
Ikkritika lill-Gvern li qiegħed ikun hu stess li qed jikkontribwixxi għad-dewmien meta lill-esperti tal-Qorti għadu ma ħallashomx tax-xogħol ta’ Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru u għalhekk ma daħlux ir-rapporti bil-konsegwenza li twalu l-inkjesti u iktar dewmien. Espert minnhom jirriżulta li għandu jieħu iktar minn €26,000 fi ħlas ta’ rapporti f’inkjesti pendenti.
Wegħdi mhux miżmuma
Ix-Shadow Minister fakkar lill-Ministru li s’issa għadu ma żammx il-weghda li ta fil-Kumitat tal-Abozzi f’Lulju tal-2014 biex ikun hemm emendi fil-Kodiċi Kriminali sabiex il-pieni għas-serq jiżdiedu skont kemm jinsteraq.
Prioritajiet ħżiena u jaħseb ħafna għalih, u ftit ghalik
Ikkritika wkoll kif il-vot għall-pagi, overtime, allowances u bonuses tal-Ministeru tal-Gustizzja ser jizdied b’€800,000 għas-sena li gejja, iżda l-vot għall-Vittmi tar-Reati hu ta’ €1,000. Dan minkejja li f’Jannar li għadda ġiet approvata l-Ligi dwar Kumpens ghall-Vittmi tar-Reati.
Ix-Shadow Minister Jason Azzopard fisser din il-politika bħala sintomu ta’ Gvern li jaħseb ħafna għalih, u ftit ghalik.
Ikkritika wkoll kif il-vot għall-pagi, overtime, allowances u bonuses tal-Ministeru tal-Ġustizzja ser jiżdied bi €800,000 għas-sena li ġejja, iżda l-vot għall-Vittmi tar-Reati hu ta’ €1,000. Dan minkejja li f’Jannar li għadda ġiet approvata l-Ligi dwar Kumpens għall-Vittmi tar-Reati.
Ix-Shadow Minister Jason Azzopard fisser din il-politika bħala sintomu ta’ Gvern li jaħseb ħafna għalih, u ftit ghalik.
M’hemmx konsultazzjoni genwina
Tkellem ukoll dwar in-nuqqas ta’ konsultazzjoni ġenwina dwar id-dokument dwar ir-riforma nazzjonali dwar il-ġustizzja, u dwar in-nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-Kap tad-Drugs Squad tal-Korp tal-Pulizija li f’email li lill-fergħat kollha tal-Pulizija qal: “since the Police were not consulted when it was being created and so it is anything but flawless…”
Ikkritika lill-Gvern li fl-aħħar sena l-Oppożizzjoni qatt ma kienet ikkonsultata f’xejn u saħaq li l-Kostituzzjoni tgħid li l-Oppożizzjoni hi stakeholder fil-qasam tal-ġustizzja għax hi membru fil-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.
Fakkar li l-Oppożizzjoni ikkoperat fil-Kumitat tal-Abbozzi tal-Liġijiet meta ġew approvati l-emendi li ssuġġerixxa l-Gvern fl-2014.L-Oppożizzjoni qatt ma ġiet ikkonsultata fl-ahhar sena, fost l-oġrajn fuq l-Abbozz tal-Ligi li ser jirregola l-professjoni tal-Avukati, u dwar l-Abbozz ta’ Ligi dwar ir-rakkomondazzjonijiet tal-Kummissjoni Bonello.
Deals jintnu iżda ma wettaqx il-ftehim tal-2012
Semma wkoll li filwaqt li fi tliet xhur il-Gvern għamel id-deal jinten tal-Cafe Premier, fi tliet xhur twaqqgħet il-kawza ta’ Australia Hall u, fi tliet xhur ukoll sar id-deal jinten ta’ Strada Zekka, fi tliet snin ma wettaqx il-ftehim tal-2012 mal-Gudikatura biex tizdied l-età tal-irtirar u biex ikollhom pensjoni adegwata ghax fisser li s-sitwazzjoni prezenti fejn Gudikant jirtira b’pensjoni ta’ €900 fix-xahar hija degradanti u ma tghinx biex tizgura li tattira l-aqwa imhuh lejn il-Bank tal-Ġudikatura.
L-Oppożizzjoni qatt ma ġiet ikkonsultata fl-aħħar sena, fost l-oħrajn fuq l-Abbozz tal-Liġi li se jirregola l-professjoni tal-Avukati, u dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar ir-rakkomondazzjonijiet tal-Kummissjoni Bonello.
Semma wkoll li filwaqt li fi tliet xhur il-Gvern għamel id-deal jinten tal-Cafè Premier, fi tliet xhur twaqqgħet il-kawża ta’ Australia Hall u, fi tliet xhur ukoll sar id-deal jinten ta’ Strada Zekka; fi tliet snin ma wettaqx il-ftehim tal-2012 mal-ġudikatura.
//= $special ?>