Id-Deputat Speaker jappella biex ma jkun hemm ebda reazzjoni u jwssu li lest li jneħħi n-nies kollha mill-Istrangers Gallary
Id-Deputat Speaker tal-Parlament Ċensu Galea reġa’ wissa bħalma għamel il-ġimgħa l-oħra, li jekk se jibqgħu jingħaddu kummenti min-nies fl-istrangers gallary li jkunu qed isegwu d-dibattitu fil-Parlament, se jkun kontrett li jneħħi l-persuni kollha mill-istrangers gallary
.
Id-Deputat Speaker għamel din it-twissija waqt li d-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli kien qed jitkellem dwar ix-xandir tal-istat, u jagħmel sensiela ta’ mistoqsijiet lill-Ministru Owen Bonnici dwar id-dejn u l-problemi finanzjarji fix-xandir tal-istat.
Ċensu Galea saħaq li m’għandu jkun hemm ebda forma ta’ reazzjoni, daħk jew kummenti. Wissa li jekk ma jiqafx, se jkun kostrett li jieħu azzjoni u jordna li jitneħħew il-persuni kollha mill-istrangers gallary. Hu reġa’ għamel l-istess twissija fis-seduta ta’ waranofsinhar.
Waqt id-dibattitu dwar il-Baġit li għaddej bħalissa fil-Parlment f’seduti filgħodu, waranofsinhar u filgħaxija, ikun hemm mhux biss membri tal-pubbliku fl-istrangers gallary, iżda wkoll l-uffiċjali tal-Ministeri.
Għal dawn id-dikjarazzjonijiet tad-Deputat Speaker Ċensu Galea li waqqaf id-dibattitu biex iwissi lin-nies fl-istrangers gallary, id-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli rringrazzja lis-Sedja tal-protezzjoni.
Dan kien it-tieni każ li fih kellu jintervjeni d-Deputat Speaker li jkun qed jippresiedi d-dibattitu dwar il-Baġit, wara li nhar il-Ġimgħa saru l-istess interruzzjonijiet min-nies fl-istrangers gallary waqt li kien qed jitkellem id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia wkoll saħaq fil-bidu tas-seduta tal-Ġimgħa filgħaxija, għal imġiba korretta mill-pubbliku u n-nies fl-istrangers gallary waqt li fakkar fir-regolamenti tal-Parlament li jisħqu li ma jistgħu jsiru ebda kummenti min-nies fl-istrangers gallary kemm fil-Kamra tad-Deputati kif ukoll fil-bini kollu tal-Parlament.
//= $special ?>