Kurżitajiet Lokali

Int fartas? Fl-aħħar forsi waslet aħbar tajba!

Jekk int fartas jista’ jkun li l-aħħar esperiment li sar minn riċerkaturi tal-Columbia University Medical Center hu aħbar tajba għalik.

Dan hekk kif studji li saru fuq il-ġrieden wasslu biex kien irreġistrat tkabbir tas-suf tagħhom f’għaxart’ijiem biss.

L-istudju sar wara li r-riċerkaturi impjantaw grupp ta’ enzimi (enzymes) fil-follikoli jew glandoli tax-xagħar tal-ġrieden li wasslu biex qajmu mill-ġdid ix-xagħar tal-ġrieden u kien irreġistrat mill-ġdid tkabbir.

Angela Christiano, li mexxiet dan l-esperiment, iddeskriviet ir-riżultati bħala promottenti ħafna, għalkemm wissiet li s’issa għadu ma nstabx disinn għall-kura tax-xagħar.

Kompliet li għad irid isir iktar xogħol biex jinstab metodu li bih jikber ix-xagħar ta’ persuni fartasa għalkemm dan l-esperiment iħalli tama ġdida hekk kif jirriżulta lil-mediċina ġdida tista’ tħalli l-istess effett bħal meta applikata fuq il-ġrieden.

Ritratt: Smobserver