Lokali

Jittajjar tifel ta’ sentejn f’Ħaż-Żebbuġ; iweġġa’ gravi

Aġġornata

Tifel ta’ sentejn sofra ġrieħi gravi wara li ttajar minn vettura tat-tip Ford Focus misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti Ħaż-Żebbuġ f’inċident li seħħ għall-ħabta tal-10:45 fi Triq ix-Xgħir, f’Ħaż-Żebbuġ.

Jirriżulta li t-tifel ħareġ minn-residenza ta’ xi qraba u qasam it-triq fejn safa’ milqut mill-vettura.

It-tifel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura permezz ta’ ambulanza.