Lokali Parlament

L-Ispeaker jirċievi żjara ta’ kortesija minn Kappillan Kattoliku ta’ Parroċċa fil-Ġordan

L-Ispeaker Anġlu Farrugia llum kellu żjara ta’ kortesija minn Dun Khalil Ibrahim Jaar, il-Kappillan Kattoliku ta’ Parroċċa qrib Amman, fil-Ġordan.

Filwaqt li esprima s-sodisfazzjon għax-xogħol li Dun Khalil qed jagħmel fil-Lvant Nofsani, Anġlu Farrugia tenna li Malta hi eżempju ħaj ta’ soċjetà li taħdem għall-paċi. Tant hu hekk li, minkejja li Malta hi Kattolika, il-Kostituzzjoni tagħna tirrikonoxxi kull twemmin li kull individwu għandu jkollu l-libertà li jħaddan.

L-Ispeaker ikkundanna l-qtil ta’ eluf ta’ Nsara u Musulmani mill-ISIS, filwaqt li tenna li kulħadd għandu jaħdem biex jintlaħaq bilanċ bejn il-popli kollha ħalli jgħixu fil-paċi.