Norveġiża ta’ 79 sena nstabet mejta wiċċha ‘l isfel fil-baħar fil-Bajja tal-Għadira. Fi stqarrija l-Pulizija qalu li kien għall-ħabta tas-12:50 li ġiet infurmata b’dan il-każ.
Mill-ewwel stħarriġ li sar mill-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra, flimkien ma’ dawk tal-Mellieħa, jirriżulta li waqt li żewġ irġiel kienu f’din il-bajja, lemħu persuna wiċċha l-isfel fil-baħar u għalhekk niżlu biex itellawha fuq l-art.
Fuq il-post issejħet immedjatament ambulanza iżda sfortunatament il-vittma ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr M. Farrugia LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin.
//= $special ?>

