Lokali

Pajjiżna ħaqqu aħjar – l-AD dwar l-għeluq tal-Università minħabba ċ-CHOGM

“Mhux dinjituż li biex isiru ż-żewġ laqgħat internazzjonali li huma ppjanati għax-xhur li ġejjin f’Malta, pajjiżna jkollu jieqaf jiffunzjona”. Dan qalu ċ-Chairperson tal-AD Arnold Cassola b’reazzjoni għall-għeluq sfurzat tal-Università ta’ Malta fil-jiem taċ-CHOGM.

Cassola kompla li qisu li għall-Gvern Malti, ma kienx biżżejjed li jingħalqu l-Iskejjel kollha biex jagħti l-impressjoni li għandna anqas karozzi fit-toroq milli fil-fatt għandna.

Sadanittant, l-AD iddeplorat ukoll l-għeluq tal-Fiera tal-Ktieb qabel mistenni minħabba nuqqas serju ta’ ppjanar, partikolarment il-Ħadd waranofsinhar, li hi l-ġurnata fejn l-aktar li jattendi l-pubbliku. Qalet li dan it-tibdil ħabta u sabta jixhed nuqqas serju ta’ kordinament bejn entitajiet differenti tal-operat tal-istess Gvern.