Dalgħodu grupp żgħir ta’ persuni nġabru quddiem l-ambaxxata Libjana f’Malta li tirrappreżenta l-Gvern f’Tobruk (u li hu l-Gvern rikonoxxut internazzjonalment). Huma talbu li jirriżenja l-ambaxxatur Habib Lamine.
F’kummenti ma’ Netnews.com.mt il-Libjani allegaw li għaddejja korruzzjoni kbira fl-ambaxxata u qalu li mhux qed jiġu provduti servizzi liċ-ċittadini Libjani f’Malta. Huma sejħu għal ambaxxatur li jkun lest li jiftaħ il-bibien tal-ambaxxata biex ikun ta’ assistenza għal-Libjani ġenwini li jkollhom bżonn xi għajnuna f’Malta.
Numru kbir ta’ pulizija kienu preżenti quddiem l-ambaxxata minkejja li kienu biss ftit persuni li attendew għal din il-protesta.
//= $special ?>
