Il-messaġġ ċar tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, li Partit Nazzjonalista fil-Gvern jelimina l-libell kriminali u jissalvagwardja l-ambjent intlaqa’ b’mod tajjeb kif jixhdu wkoll artikli ppublikati fil-mezzi tax-xandir lokali.
Simon Busuttil għadda dawn il-kummenti waqt il-kunsill ġenerali li l-Partit Nazzjonalista organizza f’Għawdex.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li bit-tneħħija tal-libell kriminali jissaħħaħ id-dritt tal-liberta’ tal-esperessjoni biex b’hekk kompla fuq l-appell tal-Maġistrat Francesco Depasquale, li hu wkoll appella għat-tneħħija tal-libell kriminali għaliex qal li dan jipprovoka l-korrużjoni tal-libertajiet fundamentali.
Filwaqt li fakkar li l-ambjent lanqas biss issemma fil-budget, ħabbar li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza t-tieni Konvenzjoni Ġenerali tiegħu bit-tema Idea Ambjent.
Fi kliem Simon Busuttil stess, dan l-impenn favur l-ambjent jixhed dak li jemmen fih il-Partit Nazzjonalista.
Simon Busuttil kompla li għall-Partit Nazzjonalista l-flus mhux kollox, għall-kuntrarju tal-Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat.
//= $special ?>

