Internazzjonali

Sparaturi bejn il-Pulizija Torka u membri tal-ISIS

Żewġ pulizija u tal-anqas seba’ membri tal-ISIS inqatlu matul il-ġurnata tat-Tnejn waqt sensiela ta’ rejds fil-belt ta’ Diyarbakir.
L-awtoritajiet Torok żiedu l-pressjoni fuq l-ISIS fil-pajjiż minn mindu aktar kmieni dan ix-xahar kien hemm żewġ splużjonijiet f’Ankara li ħallew aktar minn 100 persuna mejta, u r-responsabbiltà ttieħdet mill-ISIS.
Għal sigħat twal, f’Diyarbakir setgħu jinstemgħu splużjonijiet u sparaturi hekk kif ir-rejds damu ġurnata sħiħa.