Lokali

135 mit-twaqqif tal-PN

L-istorja tal-Partit Nazzjonalista, sa mit-twaqqif tiegħu 135 sena ilu bħala l-Partit Anti-Riformista minn Fortunato Mizzi, kienet imfakkra b’serata kommemorattiva li saret propju fid-dar fejn għex l-ewwel Kap tal-Partit Nazzjonalista, fi Strada Zekka fil-Belt.

Matul is-serata tfakkret il-ħajja u l-ħidma ta’ Fortunato Mizzi, kif ukoll il-kisbiet li l-Partit Nazzjonalista għamel għal pajjiżna, mhux biss mill-Gvern iżda wkoll mill-Oppożizzjoni, kif rifless fi kliem il-Kap attwali tal-Partit Simon Busuttil, li jiġi s-7 Kap tal-Partit Nazzjonalista sa mit-twaqqif tiegħu.

Fid-diskors tiegħu, Simon Busuttil fakkar li l-Partit Nazzjonalista dejjem qeda d-dover tiegħu għall-pajjiż u ta lill-gżejjer Maltin il-libertà, anke personali, kif ukoll il-ġustizzja soċjali: żewġ valuri li l-Partit Nazzjonalista dejjem ħaddan.

Għal din is-serata, attendew ukoll numru ta’ eks Membri Parlamentari, eks Uffiċjali u Uffiċjali attwali tal-Partit, fosthom il-President Emeritus u eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami, l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario de Marco.

Din kienet l-ewwel attività organizzata mill-Kulleġġ tal-Eks Deputati u Eks Uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista, li hu wieħed mill-Kulleġġi li twaqqfu fuq inizjattiva tal-Kap tal-Partit Simon Busuttil bħala parti mir-riforma kontinwa