Lokali

Aġġornata: Mara ssofri feriti gravi wara li ntlaqtet minn double-decker fil-bypass ta’ Birkirkara

Mara ta’ 51 sena minn Birkirkara sofriet feriti gravi wara li ntlaqtet minn vettura fil-bypass ta’ Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.55am meta għal xi raġuni l-mara ntlaqtet mill-vettura double-decker, li kienet fid-direzzjoni lejn l-Isptar Mater Dei.

Abbord il-vettura, misjuqa minn żagħżugħ ta’ 30 sena mill-Gudja, kien hemm numru ta’ turisti, li iżda fortunatament ma sofrew l-ebda feriti.

Fil-post waslu l-Pulizija u tim mediku b’Ambulanza. Mal-wasla l-Isptar, il-mara kienet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi kawża ta’ xi ksur.

Parti mill-karreġġjata ta’ din it-triq ewlenija kellha tingħalaq għal xi ħin għal vetturi kbar, sakemm il-Pulizija setgħet tlesti l-investigazzjonijiet fil-post.