Lokali

Approvata t-tneħħija tar-roaming charges mill-2017

Il-Membri Parlamentari Ewropej illum qablu li jeliminaw l-ispejjeż addizjonali għall-użu tat-telefons ċellulari fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

Dan sar possibbli wara snin ta’ negozjati, bil-projbizzjoni għad-data roaming charges issir effettiva mill-15 ta’ Ġunju 2017, skont l-aħħar konferma mill-Parlament Ewropew. L-operaturi tas-servizzi tal-mobile iżidu r-roaming charges għat-telefonati, l-SMSs u l-aġġornamenti fuq l-internet min-naħa tas-sidien tat-telefons ċellulari li jkunu barra pajjiżhom.

Sadanittant, mit-30 ta’ April 2016, għandha ssir effettiva l-limitazzjoni għall-ispejjeż ikkonċernati u li dawn l-ispejjeż ma jibqgħux validi madwar l-Unjoni Ewropea.