Birkirkara FC, il-holders attwali tal-Malta FA Trophy, ittellgħu biex jilagħbu kontra Kirkop Utd FC, fit-tielet Rawnd tal-kompetizzjoni. Il-poloz tat-Tielet u r-Raba’Rawnd ittellgħu ilbieraħ fis-sala tal-konferenzi tal-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali.
Partita oħra interessanti tat-tielet rawnd għandha tkun dik bejn iċ-champions Hibernians u Mosta, żewġ timijiet tal-Kampjonat BOV Premier li bejniethom kapaċi jofru sfida eċċitanti.
Balzan ittellgħu biex jilagħbu kontra Fgura Utd filwaqt li Floriana ittellgħu biex jilagħbu kontra St. Laurence Spurs ta’ Għawdex. Valletta se jilagħbu kontra t-tim Għawdxi ta’ Xewkija Tigers FC.
Sliema Wanderers, l-aħħar tim li kien seeded għal dawn il-poloz, jilagħbu kontra Vittoriosa FC.
Il-partiti kollha tat-tielet rawnd jintlagħbu bejn l-1 u t-2 ta’ Diċembru u l-15 u s-16 ta’ Diċembru.
Il-Programm:
1. Birkirkara v Kirkop Utd
2. Mosta v Hibernians
3. Balzan v Fgura Utd
4. Xewkija T v Valletta
5. Floriana v St. Lawrence S.
6. Vittoriosa v Sliema W.
7. Swieqi Utd v St. Andrew’s
8. Qormi v Għajnsielem
9. Naxxar L. v Lija A.
10. Pieta’ Hotspurs v Żejtun C
11. St. Venera L v Għargħur
12. Pembroke A v San Ġwann
13. Rabat A v Melita
14. Żabbar St. P v Gżira Utd
15. Żebbug R v Tarxien R.
16. St. George’s v Mqabba
Il-programm għar-raba’ rawnd:
Rebbieħ 2 vs Rebbieħ 12
Rebbieħ 5 vs Rebbieħ 9
Rebbieħ 8 vs Rebbieħ 15
Rebbieħ 7 vs Rebbieħ 14
Rebbieħ 3vs Rebbieħ 13
Rebbieħ 10 vs Rebbieħ 16
Rebbieħ 1 vs Rebbieħ 4
Rebbieħ 11 vs Rebbieħ 6