Internazzjonali

Imutu f’tiġrif ta’ ħelikopter fil-Libja

Mietu tal-anqas 12 il-persuna f’tiġrif ta’ ħelikopter lejn il-Punent ta’ Tripli.

Kelliema qalu li l-ħelikopter ‘twaqqa’ mill-isparar’ fir-reġjun ta’ Al-Maya, qrib il-kosta, fejn fl-aħħar ġimgħat saru diversi konfronti bejn il-milizzji rivali. Il-ħelikopter kien qed iġorr il-flus kontanti għal bank lokali u mifhum li kien qed jirritorna, b’numru ta’ passiġġieri, lejn il-kapitali Libjana.

Ingħad li jista’ hemm numru ta’ kapijiet tal-milizzji fost il-mejtin u li l-ħelikopter kien qed iġorr ċivili li kienu membri tal-istaff tal-bank.