Uħud mill-aqwa ismijiet fid-dinja taċ-ċinema u membri tal-Familja Rjali Britannika attendew ghall-Premiere dinji tal-film ġdid ta’ James Bond fir-Royal Albert Hall ta’ Londra.
Il-film ġdid, “Spectre”, hu l-24 wieħed li jitratta l-avventuri tal-Aġent 007, il-karattru ewlieni fin-novelli ta’ spjunaġġ tal-awtur Ian Fleming. Il-films ta’ Bond saru fenomenu dinji minn mindu, fl-1962, ħareġ l-ewwel wieħed bl-isem “Dr No”, li kellu lil Sean Connery fil-parti prinċipali u bl-attriċi Ursula Andress tiddebutta bħala l-ewwel minn lista twila ta’ ‘Bond Girls’.
Daniel Craig, li ilu ghal dawn l-aħħar snin jinterpreta r-rwol ta’ James Bond, qal li din is-sensiela bidlitlu ħajtu u li bħalissa qed igawdi kull sekonda. L-atturi prinċipali l-oħra fi “Spectre” huma Monica Bellucci, Lea Seydoux, Christoph Waltz, Ralph Fiennes, Dave Bauista, Andrew Scott, Naomie Harris u Ben Whishaw.
Il-film “Spectre” hu l-aktar film ta’ James Bond li qatt sewa flus biex jinħadem, hekk kif il-baġit tiegħu qabeż sew il-$250 miljun.
//= $special ?>