It-taxxa fuq il-fliexken tal-plastik se tissarraf f’żieda sa ewro għal kull sitt ifliexken kbar
Id-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo saħaq li t-taxxi mħabbra, u li ħafna minnhom b’mod inġust, fuq iċ-chewing gum, it-turiżmu, is-sigaretti, is-siment, is-sisa ogħla fuq il-petrol u d-diesel u t-taxxa fuq il-fliexken tal-plastik li se tissarraf sa ewro għal kull sitt ifliexken kbar fil-plastik, setgħu kienu evitati mill-Gvern f’ambjent ekonomiku li għall-Gvern hu b’saħħtu.
Saħaq li t-taxxa imposta fuq it-turiżmu mhix se toħloq l-istess level playing field għall-kategoriji differenti ta’ lukandi. Fisser li 50ċ fuq prezz ta’ €100 jew aktar għal lejl f’lukanda, mhix se tinħass bħal 50ċ fuq prezz ta’ €9 jew €10 għal kull lejl. Pajjiżi oħra daħħlu t-taxxa ambjentali fuq it-turiżmu skont il-kategiriji ta’ luandi.
L-MHRA se tlaqqa’ l-membri tagħha din il-ġimgħa
Meta tkellem fil-Parlament fid-dibattitu dwar il-Ministru tal-Finanzi, Robert Arrigo fisser li fid-dawl anke tal-mod kumplikat dwar kif se tiġi amministrata din it-taxxa, l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti (MHRA) sejħet laqgħa urġenti għall-membri tagħha din il-ġimgħa, il-Ħamis 29 ta’ Ottubru.
Irrimarka li minkejja li lill-industrija u lil-lukandi u l-fabbriku tnaqqsilhom 25% fil-kontijiet tal-enerġija, il-fjuwil naqas b’aktar. Appella lill-Gvern jikkunsidra li għat-tliet xhur li ġejjin, jaqsam ir-roħs mal-poplu u mal-industrija għaliex il-Gvern se kun qiegħed idaħħal ħafna aktar mis-sisa ogħla fuq il-fjuwil.
Fisser ukoll kif il-prezz għoli tal-fjuwil qed jaħdem kontra l-industrija meta Spanja għandha prezzijiet ħafna orħos. Hu għalhekk ukoll li f’pajjiżna għandna dritt nitolbu roħs għaliex saħaq li mhux kulħadd kien fortunat bħall-Cafè Premier.
Semma wkoll li l-industrija qed tbati anke minħabba t-traffiku u qal li hu minnu li hemm ħafna ħela ta’ ħin għall-industrija u għas-settur tan-negozju. Dan qed iħalli effett ukoll fuq it-turiżmu. Ikkritika wkoll li l-Baġit m’għamilx impatt biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni.
Is-self employed mhu jieħu xejn
Dwar iż-żieda għall-għoli tal-ħajja, Robert Arrigo qal li din hi żieda dgħajfa u minnha s-self employed ma jieħu xejn.
Fisser li b’miżura li daħħal il-Gvern fil-Baġit, self employed ġdid irid jibda jaħdem 41 sena u jekk idaħħal il-VAT ħażin irid iħallas.
It-tax credit għandha tiġi estiża għall-NGOs kollha
Talab lill-Gvern jikkunsidra mill-ġdid il-miżura tat-tax credit għal donazzjoni li tingħata biss lill-Community Chest Fund u saħaq li l-miżura tiġi estia għall-NGOs kollha.
Appella lill-Gvern li wara sentejn u nofs li l-popu għażel lil dan il-Gvern kif kellu dritt, ir-responsabbiltà hi tal-Gvern tal-lum għax l-arloġġ qatt ma jista’ jitreġġa’ lura u l-poplu jrid iħares ‘il quddiem u mhux lejn l-iżjbalji tal-passat.
//= $special ?>