Simon Busuttil jappella liż-żgħażagħ biex isemmgħu leħinhom

F’laqgħa mal-Kunsill Nazzjonali taz-Żgħażagħ, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil appella liż-żgħażagħ biex jibqgħu isemmgħu leħinhom u jitkellemu dwar il-politika’ għaliex l-opinjoni tagħhom hi opinjoni soda li tintluwenza.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni qal li d-diskussjoni fil-parlament taż-żgħażagħ kienet waħda pożittiva fejn iż-żgħażagħ trattaw diversi suġġetti soċjali u politiċi fosthom l-ekonomija, li l-ħajja, it-trasport u l-immigrazzjoni rregolari.

Simon Busuttil tkellem dwar il-ligi dwar l-iffriżar tal-embrijuni u qal li l-gvern qed jgħid li se jibdel din il-liġi meta fil-fatt għadu ma ppreżenta ebda’ abbozz ta’ proposti.

Minkejja dan il-Gvern diġa ha pożizzjoni. Il-Kap tal-PN kkritika lill-Gvern u staqsa għaliex irid jibdel il-liġi meta fil-pajjiż diġa hawn liġi li għaddiet ftit ilu u li qed taqdi lill-pajjiż b’mod tajjeb.