Numru ta’ persuni li għamlu kuntatt ma’ Netnews.com.mt ilmentaw li minkejja li għadda xahar mill-bidu tas-sena skolastika, għadhom ma rċevewx il-flus li jingħataw fil-bidu tas-sena skolastika lill-istudenti fl-istituzzjonijiet post-sekondarji.
Apparti l-istupendju, l-istudenti jirċievu somma flus fil-bidu ta’ kull sena skolastika biex ikopru l-ispejjeż ta’ kotba u materjal ieħor li jiġu bżonn matul is-sena, madanakollu s’issa ħafna studenti għadhom ma rċevewx dawn il-flus.
Sa’ sentejn ilu, l-istudenti kienu jingħataw “smart card” madanakollu mis-sena li għaddiet, l-istudenti bdew jirċievu l-flus direttament fil-kont tal-bank.
Din is-sena, l-istudenti kienu mitluba li jimlew applikazzjoni online u aktar tard jikkonfermaw il-kors li qed isegwu. Ħafna ilmentaw li ma setgħux jixtru l-kotba peress li dawn il-flus għadhom ma daħlux.
Din is-somma flus li tingħata fil-bidu tas-sena hi differenti mill-istipendju, li jibda jingħata minn Diċembru.
//= $special ?>

