Żball, anomalija jew linja politika tal-Gvern?

Il-Ministru tal-Finanzi għandu jispjega t-tabella fil-Baġit dwar ir-reviżjonijiet fit-tax brackets

Id-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono appellat lill-Gvern jiċċara t-tax bands u r-reviżjonijiet li saru fit-tax brackets kif wera l-Gvern fil-Baġit, u jispjega li t-tabella li ġiet ippreżentata hix żbaljata u għalhekk trid tiġi kkoreġutha, fihiex anomalija li l-Ministeru jew il-Ministru tal-Finanzi ma ndunax biha, jew hix il-linja politika li l-Gvern qed jaddotta.

Meta tkellmet dwar l-estimi finanzjarji għall-Ministeru tal-Finanzi, il-Kelliema tal-Oppożizzjoni ippreżentat żewġ eżempji li juru li skont it-tabella ppreżentat fil-Baġit.

Fissret li persuna li b’żieda marġinali fil-paga, telgħet u qed tkun intaxxata skont bracket ogħla. Din se tispiċċa taqla’ anqas bħala nett, iżda se tispiċċa b’paga nett f’idejha wara li tinqata’ t-taxxa anqas minn persuna li tkun fin-naħa ta’ fuq tal-bracket ta’ taħt bħala dħul u flus f’idejn it-tieni persuna.

Fissret li persuna single li taqla’ €19,500 gross u qiegħda fix-xifer ta’ taxband se tkun qed taqla’ paga netta wara t-taxxa ta’ €17,440. Waqt li Persuna single li taqla’ €19,591 gross se tkun qed taqla’ €17,418 wara t-taxxa. Dan ifisser li t-tieni persuna li gross jaqla’ €491 aktar mill-ewwel persuna fir-realtà se jispiċċa taqla’ €21.75 anqas mill-ewwel persuna. Ifisser ukoll li ż-żieda tal-Cola f’dan il-każ se jkun qiegħed jigi ntaxxat għaliha b’124%.

F’eżempju ieħor uriet kif persuna oħra single li taqla’ €20,500, se jibqgħalha f’idejha wara t-taxxa €18,100. Dan il-persuna taqla’ gross €1,000 aktar minn dak li jaqla’ €19,500, iżda se jibqgħalha f’idejha wara t-taxxa €660 biss aktar mill-ewwel persuna. Dan ifisser iż-żieda ta’ €1000 fuq it-tieni persuna li jaqla’ €19,500 se tkun qed tigi ntaxxata b’34% u mhux b’25% kif qal il-Ministru fil-Baġit.

Saħqet li qed tagħmel enfasi fuq dan il-punt biex jiġu evitati problemi aktar ‘il quddiem.

Sisa fuq l-ilma u l-minerali li se tgħolli l-prodotti għall-konsumatur
Tkellmet ukoll dwar i-taxxa tal-ekokontribuzzjoni, speċjalment fuq l-ilma u l-minerali fil-flixkien tal-plastik, li nbidlet f’taxxa jidher li se twassal biex dawn il-prodotti jogħlew għall-konsumatur. Dan sar bla konsultazzjoni u bil-konsegwenza li anke wara l-Budget l-operaturi spiċċaw f’limbu għax ma jafux b’kemm u kif se taħdem it-taxxa tas-Sisa.

Sisa fuq il-petrol u d-diesel biex tinħabar aktar taxxa
Sejġet iż-żieda fis-sisa fuq il-petrol u d-diesel bħala miżura ċara biex il-Ministru jiġbor aktar taxxa. Jekk il-Ministru tassew irid jara li jagħmel tajjeb biex jgħin it-trasport pubbliku u jnaqqas it-traffiku, jikkommetti s-sisa mill-fuels biex jagħmel it-trasport pubbliku b’xejn u effiċjenti ħalli jdaħħal kultura ta’ aktar użu tat-trasport pubbliku.

Imgħaxijiet baxxi fuq stock tal-Gvern
Tkellmet ukoll dwar l-ilmenti tan-nies għall-aħħar stock li ħareġ il-Gvern li kien b’imgħaxijiet baxxi daqstant baxx li qed isostnu li filwaqt li issa qed jispiċċaw jikkompetu mal-miljunarji li qed jixtru l-passaporti u li huma obbligati jinvestu fi stocks tal-Gvern, fl-istess ħin il-Gvern qed jintaxxalhom id-dħul mill-imgħaxijiet daqstant baxxi b’35%. Staqsiet jekk il-Gvern hux se jbiddel il-pożizzjoni tiegħu fuq din it-taxxa ta’ 35% fuq l-imgħaxijiet.

Maltin imħajra jisselfu mill-banek biex jixtru proprjetà lussuża
Dwar l-inċentivi għas-suq tal-proprjetà, Kristy Debono appellat lill-Gvern ma jħallix is-suq tal-proprjetà li bħalissa sejjer tajjeb, jiġri bina tant li ma jkollniex kontroll fuq sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw u li ma jkollniex kontroll fuqhom. Semmiet li bħalissa hawn numru ta’ persuni benestanti Libjani li ġew joqogħdu f’pajjiżna sakemm pajjiżhom is-sitwazzjoni tistabilizza u qed iħallsu kirjiet tajba. Jirriżulta li hawn persuni Maltin li qed ikunu mħajra jisselfu mill-banek biex jixtru appartamenti jew proprjetà lussuża li tħallas kirjiet tajbin u li allura bil-kirjiet tagħmel tajjeb għall-loans u l-ħlasijiet ta’ kull xahar.

Wissiet biex noqogħdu attenti li ma nispiċċawx f’sitwazzjoni ta’ nies li ma jkunux jistgħu ilaħħqu mal-ħlasijiet tas-self lill-banek. Appellat għal strateġija ċara, iffukata u studjata biex nattiraw kunċett ġdid ta’ investiment marbut mas-settur tal-proprjetà fis-sens aktar wiesgħa tiegħu. Wissiet ukoll biex ma nkomplux nilagħbu mar-reputazzjoni ta’ pajjizna għalliex inkunu qed nirriskjaw il-potenzjal li pajjizna jkompli jattira investituri li jxekklu l-kompetittivita ta’ pajjizna.

Appellat għal emendi fil-ligi biex pajjiżna jagħmel il-pass ‘il quddiem li jmiss fis-settur tas-servizzi finanzjarji hekk kif qed jikbru l-mistoqsijiet leġittimi tal-istakeholders li qed jistennew mill-Gvern risposti ċari.