Numru ta’ ġenituri jinsabu diżappuntati li n-nuqqas ta’ Learning Support Assistents (LSAs) f’pajjiżna qed iwassal biex l-istudenti qed ibatu sitwazzjoni li m’għandomx tort tagħha.
Omm li tkellmet ma’ NETnews.com.mt spjegat li minħabba nuqqas ta’ LSAs li hawn fil-pajjiż, bħal ħafna tfal oħrajn, bintha qed tispiċċa tintbagħat id-dar jekk l-LSA tagħha tkun ma tiflaħx.
L-omm tispjega li ma tagħtix tort lill-Iskola, anzi tgħid li anke l-awtoritajiet tal-Iskejjel huma ddiżappuntati bis-sitwazzjoni. Dan hekk kif din il-problema ilha għaddejja mingħajr ma ġiet indirizzata, tant li sas-Sajf li għadda stess ġie rrappurtat li waqt SkolaSajf kien hemm nuqqas kbir ta’ LSAs.
Kawża ta’ din il-problema, xi LSAs spiċċaw jieħdu ħsieb aktar minn tifel jew tifla waħda, minkejja li wħud minn dawn l-istudenti jkollhom bzonn ta’ assistenza speċjali u individwali.
Filmat: L-esperjenza ta’ din l-omm, kif spjegatha ma’ NETnews.com.mt.
//= $special ?>
