Id-Direttur ta’ NSC Olimpiyskiy, l-Istadium Olimpiku tal-klabb Ukren ta’ Dynamo Kiev, Volodimir Spilchenko, ma jeskludix li l-klabb joħloq sezzjoni fil-grawnd dedikata speċifikament għall-persuni b’ġilda skura.
Skont il-klabb, l-għan ta’ din l-inizjattiva hi li jonqos ir-razziżmu fil-grawnd, fejn riċentament persuni b’ġilda skura sfaw attakkati sempliċiment minħabba l-karnaġġjon tagħhom.
L-iktar inċident riċenti seħħ waqt il-logħba miċ-Champuions League bejn l-istess Dynamo Kiev u Chelsea, fejn erba’ partitarji ta’ karnaġġjon skur sfaw attakkati waqt il-logħba.
Ma jistax jonqos li din il-proposta ġabet kritika fuq livell internazzjonali.
//= $special ?>