Illum hija ġurnata li ħafna ħaddiema tal-Isptar t’Għawdex beżgħu li qatt se tasal, hekk kif bħalissa, għaddejjin bosta laqgħat fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex dwar id-deal li għamel il-Gvern biex jipprivatizza l-isptar t’Għawdex.
Il-ġurnata bdiet kmieni b’laqgħa bejn il-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi, rappreżentant tal-kumpanija Vitalis Blobal Healthcare li se tieħu f’idejha l-Isptar t’Għawdex, u rappreżentanti tal-Union tal-Infermieri u l-Qwiebel, l-MUMN.
Wara din il-laqgħa, netnews.com.mt hu infurmat li bdiet laqgħa fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, li matulha, l-awtoritajiet tal-Isptar qed jiprovaw jikkonvinċu lill-ħaddiema li bil-privatizzazzjoni, it-take-home-pay u l-kundizzjonijiet tagħhom mhux se jintmissu.
Aktar tard illejla, mistennija ssir ukoll laqgħa fost il-membri tal-MUMN li jaħdmu fl-Isptar ta’ Għawdex, hekk kif aktar ma jgħaddu sigħat, aktar qed tikber it-tensjoni fl-Isptar.
Matul il-ġurnata, kellmuna xi ħaddiema tal-Isptar ta’ Għawdex li qalulna li din it-tensjoni hija kollha żejda, u li qed jispiċċaw ibatu l-pazjenti, għax flok għandhom tobba u infermieri ddedikati fuq il-kura tagħhom, l-istess tobba u pazjenti jinsabu mħasssbin u nkwetati dwar il-futur tagħhom.
//= $special ?>