Kollox qed jindika li ż-żjara tar-Reġina Eliżabetta II f’Malta x-xahar id-dieħel tista’ tkun l-aħħar waħda tagħha f’Summit tal-Mexxejja tal-Commonwealth.
Gazzetta Ingliża saħqet dan u spjegat li l-imħabba tar-Reġina lejn il-gżejjer Maltin wasslitha biex tagħmel din iż-żjara. Dan hekk kif, fakkret il-gazzetta Ingliża, flimkien ma’ żewġha d-Duka ta’ Edinburgh, hi għamlet xi żmien tgħix f’pajjiżna saħansitra meta kienet għadha Prinċipessa.
Ilbieraħ, il-Gvern ħabbar id-dettalji taż-Żjara Statali tar-Reġina Eliżabetta II, li se tiġi għal-laqgħat taċ-CHOGM flimkien ma’ membri oħra tal-Familja Rjali.
Ir-Reġina u l-Prinċep Filippu, kif ukoll il-Prinċep Karlu ta’ Wales u d-Duka Camilla, se jkunu qed iżuru pajjiżna bejn il-Ħamis, 26 u s-Sibt, 28 ta’ Novembru.
Għalkemm il-Kap tal-Monarkija Ingliża żaret Malta diversi drabi, bl-aħħar żjara kienet fl-2007, din se tkun l-ewwel darba li l-erba’ membri tal-Familja Rjali se jkunu fuq Żjara Statali barra r-Renju Unit kollha f’daqqa.
//= $special ?>

