Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus jiddikjara li jaħfer lill-persuna li kien hu identifika li għaddiet kkummenti lejh
Il-President tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia ddikjara f’ruling li ta fil-bidu tas-seduta tal-lejla, li mhux se jkun qed jittollera ebda mġiba skorretta jew b’xi mod itellef ix-xogħol tal-Parlament mill-persuni li jkunu qed isegwu x-xogħol ta-Parlament mill-istrangers gallary.
Ir-ruling ingħata fuq talba li ressaq id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus meta nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Ottubru, ġibed l-attenzjoni tas-Sedja, preseduta mid-Deputat Speaker Ċensu Galea, li kien mgħajjar u li kien qiegħed jidentifika l-persuna li għaddiet il-kummenti fil-konfront tiegħu fi tmiem seduta li fiha kienu diskussi l-voti tal-Baġit li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Wara r-ruling mill-Ispeaker, id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus iddikjara li ħafer lill-persuna li hu kien identifikaha li għaddiet kummenti fil-konfront tiegħu, u apprezza wkoll il-messaġġ tal-Ispeaker fil-protezzjoni li kien qed jagħti lill-membri parlamentari u kontra kull imġiba skorretta mill-persuni fl-istrangers gallary u wkoll fost il-membri parlamentari stess.
Fur-ruling tiegħu, l-Ispeaker qal li fuq dan l-inċident ma kienx hemm talba għal ksur ta’ privileġġ. Is-Sedja investigat il-każ fuq rapport li għamel id-Deputat Speaker. L-Iskrivan tal-Kamra kiteb lill-persuna li ġiet identifikata, li min-naħa tagħha wieġbet lura bil-verżjoni tagħha u qalet li fl-ebda ħin ma għadidet kummenti lid-Deputat Ryan Callus. Madanakollu, skużat ruħha jekk ħolqot xi inkonvenjent u tenniet ir-rispett tagħha lejn il-Membri Parlamentari kollha u lejn il-Parlament.
L-Ispeaker irrimarka wkoll li skont ir-regolamenti tal-Kamra u skont ukoll proċeduri użati fil-House of Commons u f’pajjiżi tal-Commonwealth, bħalma hu New Zealand, is-Sedja għandha dritt li tordna anke biex jitneħħew in-nies kollha fl-istrangers gallary biex ix-xogħol tal-Parlament ikun jista’ jitkompla mingħajr ebda tfixkil.
//= $special ?>