Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali javża li l-prodott tat-tonn (800g) bid-data ta’ durabilità minima 27/12/2015 u l-prodott tal-mazzola (800g) bid-data tad-durabilità 07/08/2016 tal-kumpanija Catania Fisheries m’għandhomx jiġu kkonsmati peress li nstab li fihom livell ogħla ta’ merkurju minn dak stipulat fil-liġi.
Il-Kumpanija involuta ġiet obbligata tirtira l-prodott mis-suq, iżda peress li probabilment il-prodott laħaq wasal għand il-konsumatur, bħalma jsir f’dawn il-każijiet, id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru 2133 7333 mit-8:00am sas-2:30pm jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.
//= $special ?>

