L-Istati Uniti qed tikkunsidra li tibda tuża gruppi ta’ suldati biex jattakkaw direttament lill-ISIS fis-Sirja kif ukoll l-użu ta’ ħelikopters Apache kontrihom, imma f’dan il-każ fl-Iraq.
Dan hekk kif qed issir reviżjoni tal-istrateġija s’issa kontra l-ISIS f’dawn iż-żewġ pajjiżi.
Il-President Barack Obama jinsab taħt pressjoni biex ibiddel l-istrateġija Amerikana fil-konfront tal-ISIS peress li ftit li xejn kien hemm riżultati bl-attakki mill-ajru li ilhom għaddejjin sena. Matul din is-sena, il-belt importanti ta’ Ramadi fl-Iraq f’Mejju waqgħet f’idejn l-ISIS.
Ftit ġranet ilu, truppi speċjali Amerikani kienu mdaħħla f’rejd fl-Iraq biex jinħeles grupp ta’ ostaġġi Kurdi. Fir-rejd inqatel suldat Amerikan.
Ash Carter, is-Segretarju tad-Difiża Amerikan, qal lis-Senate Armed Services Committee li l-attakki mill-ajru kienu se jiżdiedu u jekk jinħass li hemm bżonn, truppi Amerikani jistgħu jintużaw kontra l-ISIS.
Lejn l-użu ta’ truppi Amerikani kontra l-ISIS
