Lokali Parlament Unjoni Ewropea

Miżmuma 25% mill-pagamenti Ewropej għall-Coast Road … minħabba ċerti kuntratti

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ddeċidiet li żżomm 25 fil-mija tal-pagamenti minn fondi Ewropej allokati għall-proġett tal-Coast Road ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.

Dan ifisser li se jinżammu b’kollox madwar 11-il miljun ewro minħabba tħassib ta’ kif ingħataw ċerti kuntratti.

Dan kollu tħabbar ilbieraħ filgħaxija fil-Parlament, bis-Segretarju Parlamentari Ian Borg jgħid li kien jaf bid-deċiżjoni qabel ma din tħabbret uffiċjalment.

Ian Borg qal li Transport Malta xorta baqgħet għaddejja bil-proġett għax inkella l-proġett ma kienx se jitlaħħaq fil-ħin.