Lokali

Ritratt: Tieqaf tal-linja – Buġibba ġġammjata bit-traffiku

Madwar 20 karozza tal-linja, u serbut twil ta’ vetturi privati spiċċaw imwaħħla fi Triq Dawret il-Gżejjer hekk kif karozza tal-linja waqfet bil-ħsara ftit qabel il-Pjazza ta’ Buġibba.

Minħabba li din it-triq fiha karreġġjata waħda biss, malli waqfet tal-linja l-vetturi l-oħra ma kellhomx minn fejn jgħaddu u beda jinġema’ serbutt wil ta’ karozzi. Konsegwenza ta’ dan iġġammjaw ukoll it-toroq tal-madwar.

Din ir-rotta hi waħda użata ħafna anke’ għaliex iktar ‘il quddiem hemm it-terminus tal-karozzi tal-linja. Filfatt hawn kienet irrapurtata folla nies, b’mod speċjali turisti, jistennew li jaslu l-karozzi tal-linja li madankollu kienu maqbuda qrib il-pjazza.

12196193_10206774190012268_8081348247348738590_n

Ritratti: James Saliba Spiteri