Internazzjonali

Tħassib hekk kif il-pjanta li minnha jipproduċu l-gin qed tispiċċa

Jeżisti tħassib hekk kif il-Juniper, il-pjanta li tintuża fil-produzzjoni tax-xarba alkoħolika gin, tinsab f’riskju li tispiċċa mill-Iskozja.

Studji li saru jindikaw li 79% tal-popolazzjoni tal-pjanta fl-Iskozja huma maturi, qodma jew inkella mejta u għalhekk mhux tajbin biex jintużaw għall-gin.

Fost ir-raġunijiet għal dan hemm l-użu eċċessiv tal-pjanta mingħajr ċans li tirriproduċi, tibdil fl-użu tal-art u nirien li qerdu żoni sħaħ ta’ din il-pjanta. Barra minn dan, issa jirriżulta wkoll li marda qed teqred ukoll eluf ta’ pjanti tal-Juniper.

Qabel tkun tista’ tintuża għall-produzzjoni tal-gin, il-pjanta tal-Juniper tieħu mill-inqas tmien snin biex timmatura u tibda tipproduċi l-frott, biż-żerriegħa ddum sentejn biex issir.