Wara li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ħabbret li nstabet evidenza li l-laħam proċessat iżid ir-riskju tal-kanċer għall-bniedem, issa jidher li din qed tħares lejn il-kafè biex tistudja jekk dan ukoll jikkawżax għal riskju ikbar tal-kanċer.
Imma mhux biss, hekk kif jirriżulta li l-WHO qed tħares ukoll lejn sensiela ta’ xarbiet sħan oħra li possibilment jistgħu iwasslu għall-kanċer minħabba sensiela ta’ kimiċi li jintużaw fl-industrija.
Jirriżulta li l-ewwel laqgħa bejn l-awtoritajiet tas-saħħa dwar dan is-suġġett mistennija ssir bejn it-2 u d-9 ta’ Frar.
//= $special ?>

