Lokali Qorti

Donatella Frendo Dimech tinħatar Maġistrat

Id-Deputat Avukat Ġenerali Donatella Frendo Dimech illum waranofsinhar ingħaqdet fil-Bank tal-Ġudikatura biex isservi bħala Maġistrat. Il-Ministeru għall-Ġustizzja qal li din il-ħatra se żżid għal darb’oħra l-ammont ta’ nisa li jservu fl-ogħla karigi fil-pajjiż.

Donatella Frendo Dimech iggradwat bħala Avukat fl-1993 u serviet bħala Uffiċjal Legali fil-Qrati ta’ Malta. Fost id-diversi karigi li kellha, fl-1997 Frendo Dimech ingħaqdet mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala Prosekutur. Fl-1999 inħatret Avukat tar-Repubblika u fl-2004 inħatret bħala Avukat Anzjan tar-Repubblika.

Donatella Frendo Dimech tgħallem anke fil-Fakultà tal-Liġi, kif ukoll fid-Dipartiment tal-Kriminoloġija fl-Università ta’ Malta.