L-awtoritajiet Ċiniżi ħabbru li se tintemm il-politika kontroversjali ta’ wild wieħed biss għall-familji Ċiniżi. Din il-politika ilha effettiva għal għexieren ta’ snin mindu kienet introdotta, fl-1979, bl-skop li r-rati tat-twelid u l-iżvilupp tal-poplu jonqsu fuq livell nazzjonali.
Issa se jkun permess għal koppji Ċiniżi li jkollhom żewġt itfal, u dan skont ma qalet l-aġenzija tal-aħbarijiet tal-istat li kkwotat stqarrija tal-Partit Komunista fil-Gvern.
It-tħassib dwar il-popolazzjoni Ċiniża li qed tikber fl-età wassal għal pressjoni biex tinbidel il-politika antika.
Dan meta hu kkalkulat li l-politika ta’ tifel jew tifla waħda biss għal koppja Ċiniża żammet madwar 400 miljun tarbija milli jitwieldu, mindu daħlet fis-seħħ fl-1979.
Il-koppji li sfidaw din il-politika kellhom jiffaċċjaw pieni li varjaw minn multi sa tkeċċija mix-xogħol. Kien hemm ukoll każi fejn l-ommijiet inkwistjoni kienu mġiegħla jagħmlu abort.
Fiċ-Ċina tintemm il-politika ta’ wild wieħed
