Lokali

Joseph Muscat qed jikkonferma li hu kompliċi ma’ Michael Falzon u ma’ Gaffarena

Sitt xhur wara li ġie żvelat l-iskandlu ta’ Gaffarena, il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu qed jiddefendi lis-Segretarju Parlamentari Michael Falzon li kien involut personalment fl-iskandlu llegali ma’ Gaffarena.

U biex jipprova jiddevja l-attenzjoni mid-deċiżjoni inevitabbli li jkeċċi lil Michael Falzon, il-Prim Ministru għadu qed jipprova jara x’se jaqla fuq ħaddieħor mill-passat, permezz ta’ gideb u billi jagħmel komplott ma’ Gaffarena stess.

Dawn it-tattiċi faxxisti mhux se jżommu lill-Oppożizzjoni milli tkompli tisħaq li Michael Falzon u Joseph Muscat għandhom jerfgħu r-responsabbilta’ politika talli Gaffarena ngħata permess għal pompa tal-petrol mibnija illegalment u talli għamlu lil Gaffarena miljunarju ghal nofs dar fil-Belt.

Dawn huma l-iskandli vera u l-ebda devjazzjoni mill-Prim Ministru mhi se tħassar dawn l-iskandli.

Meta jkollok Prim Ministru li jindiehes u jikkomplotta ma’ Gaffarena biex jipprova jiddevja l-attenzjoni mill-iskandli li qed iwettaq hu stess, allura jkollok tassew sitwazzjoni perikoluża fil-pajjiż.