Lokali

Membri tal-protezzjoni ċivili jissejħu wara li deher ħiereġ duħħan minn tal-linja

Ħadd ma weġġa’ meta karozza tal-linja żviluppat ħsara u minnha deher ħiereġ xi duħħan, tant li fil-post kellhom jissejħu kemm il-Pulizija kif ukoll uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jiżguraw li ma kienx hemm periklu.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-17:30 meta l-vettura fuq ir-rotta numru 71, taż-Żurrieq, kienet tiela’ lejn Ħal-Luqa.

Kif jidher fil-filmat, il-passiġġieri tniżżlu mill-ewwel mill-vettura u spiċċaw jistennew fil-ġenb ta’ din it-triq traffikuża.