Lokali

Ritratti: Tal-linja mill-ġodda tieqaf ir-Rabat bil-ħsara

Karozza tal-linja mill-ġodda, tat-tip Otokar li nġiebet f’Malta mill-Autobuses de Leon fix-xhur tas-Sajf, waqfet bil-ħsara fit-terminus tar-Rabat, qrib id-Domus Rumana, għall-ħabta tad-9:30 ta’ dalgħodu.

Din il-vettura, bir-rotta 52 minn Ħad-Dingli lejn il-Belt, bdiet bil-problemi immedjatament malli x-xufier startja fit-terminus ta’ Ħad-Dingli.

Jirriżulta li l-vettura ma bdiet tirrispondi għall-pedala tal-gass, bil-konsegwenza li vjaġġ minn Ħad-Dingli għar-Rabat, li soltu jieħu massimu ta’ għaxar minuta, ħa iktar mid-doppju.

Ix-xufier għamel mill-aħjar li seta’ biex wassal lill-passiġġieri iżda ma kellux għażla oħra ħlief iniżżilhom ir-Rabat u sejjaħ għall-assistenza tat-tekniċi tal-kumpanija.