Il-Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà Britanniċi wissa li terroristi tal-ISIS qed jippjanaw attakki fir-Renju Unit bil-ħsieb li jħallu ammont kbir ta’ vittmi.
Andrew Parker, li jmexxi l-aġenzija M15, qal ukoll li t-theddid minn militanti li trabbew fir-Renju Unit u li jridu jiġġieldu għall-kawża tal-ISIS ma jidhirx li qed ibatti. Parker ammetta pubblikament għall-ewwel darba li l-M15 kellha twettaq hacking ta’ kompjuters f’azzjoni diretta kontra n-networks terroristiċi, bl-iskop li ‘taqra’ ċerti komunikati.
Andrew Parker żvela dan waqt il-Lord Mayor of London’s Defence and Security Lecture annwali. Hu sostna li l-livell tat-theddida attwali għar-Renju Unit hu l-ogħla li qatt ra fil-karriera tiegħu ta’ 32 sena. Fil-fatt, l-aġenzija M15, fl-aħħar sena, irnexxielha ġġib fix-xejn sitt kumplotti terroristiċi fir-Renju Unit u sebgħa oħra lil hinn mill-pajjiż.
Twissija li terroristi tal-ISIS qed jippjanaw attakki fir-Renju Unit
