Hemm element ta’ misteru dwar ‘tieni attakk mill-ajru’ fuq il-pożizzjonijiet tal-ISIS fl-inħawi ta’ Sirte. L-attakk inkwistjoni x’aktarx segwa rejd simili, aktar kmieni dan ix-xahar, fuq il-militanti inkwistjoni.
Sorsi lokali kienu kkwotati li numru ta’ ajruplani tal-gwerra laqtu Sirte fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa. Intant, ritratt li deher fuq il-medja soċjali u li jidher li ttieħed fl-istess ħinijiet juri daħna kbira tiela minn inħawi mbiegħdin li ma setgħux ikunu identifikati. La l-qawwiet tal-ajru Libnjani u lanqas il-milizzji tal-grupp Żerniq Libjan ma ħadu responsabbiltà għar-rejd u hemm spekulazzjoni ‘li l-ajruplani tal-gwerra inkwistjoni ma kenux Libjani’.
Il-komunikazzjonijiet ma’ Sirte saru ħafna aktar diffiċli mindu l-ISIS ħadu kontroll tal-istallazzjonijiet għat-telefons ċellulari f’din il-belt. Filwaqt li t-terroristi rari jitilfu opportunità biex iħabbru assalti fuq it-territorji tagħhom, il-medja tal-ISIS, fl-aħħar sigħat ikkonċentrat fuq ewloġju lil wieħed mill-ġellieda tagħha li nqatel waqt azzjoni.
Attakki misterjużi fuq l-ISIS f’Sirte
