Care worker ta’ 17-il sena ġiet sospiża minn xogħolha fl-Isptar San Vinċenz de Paule wara li nstabet li ħalltet siringi fl-ikel ta’ pazjent ta’ 84 sena.
Il-care worker tressqet il-Qorti u ammettiet għall-akkużi li konxjament tefgħet is-siringi fl-ikel tal-pazjent bl-intenzjoni li tikkawża ġrieħi gravi.
Quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, l-Ispettur Spiridione Zammit informa lill-Qorti li l-care worker għandha storja ta’ problemi ta’ saħħa mentali, tant li kienet taħt kura psikjatrika wara li ġarrbet trawma minħabba abbuż li sofriet meta kellha 16-il sena. Dan il-każ għadu għaddej.
Il-Maġistrat Demicoli talbet rapport biex tiddetermina l-kundizzjoni tal-akkużata qabel tagħti l-verdett tagħha u tittieħed deċiżjoni dwar x’trattament għandha tingħata.
Sadattant it-tfajla ngħatat il-liberta’ prviżorja taħt kundizzjoni li ma tersaqx lejn l-Isptar San Vinċenz.
Fi stqarrija l-Gvern stqarr li l-amministrazzjoni tal-isptar kienet infurmat b’dan il-każ ilbieraħ.
//= $special ?>