Minn telf finanzjarju ta’ kważi €300,000 fl-2013 għal profitt ta’ aktar minn €1 miljun fl-2014. Hekk spiċċat is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Knisja f’Malta, hekk kif il-Kurja Arċiveskovili llum ippubblikat ir-rendikont għas-sena finanzjarja li għalqet fil-21 ta’ Diċembru 2014.
Fi stqarrija, il-Knisja spjegat li d-dħul finanzjarju baqa’ jiżdied, filwaqt li kien hemm ukoll żieda fid-dħul investiv wara dividend ta’ darba li rċieva l-Bank APS. Dan irriżulta wkoll minn tibdil fil-mod kif jitqassam id-dividend.
Il-Knisja spjegat ukoll li kien hemm tnaqqis ta’ 11% fid-dħul tal-Fond tal-Kleru, filwaqt li kienet irreġistrata wkoll żieda fil-ġbir u d-donazzjonijiet mill-Knejjes. Il-kontijiet kollha kienu approvati mill-Kumitat Finanzi u mill-Kunsill Rappreżentattiv tad-Djoċesi.
//= $special ?>

